Mitt Elf Isem Ieħor: HappyVeganGirlJules

Mitt Elf Isem Ieħor: HappyVeganGirlJules

Rumanz għaż-Żgħażagħ | Young Adult Novel


Rebbieħ tal-Konkors ta’ Kitba Letteratura għaż-Żgħażagħ 2020

Winner of The Novels for Youth Literary Contest 2020


Iva, f’Jules għoġobni dak kollu li jien m’għandix. F’Jules għoġobni kollox għax jien m’għandi xejn.

Lil Manda, id-dinja reali ħaditilha kollox filwaqt li d-dinja diġitali tatha lil Julia, Jules.

Manda u Julia, żewġ tfajliet ta’ tlettax-il sena li jgħixu fuq naħat differenti tal-iscreen. Waħda quddiemu taqsam il-ħajja perfetta li għandha mad-dinja kollha, u l-oħra warajh tikkonsma l-istess dinja li hi m’għandhiex.

Kulħadd jaħsibha li qed tipprova tkun bħal Jules …

Imma mhux vera, jien ma nixtieqx inkun bħal Jules. Jien nixtieq inkun Jules. Nixtieq li kulħadd flok isejjaħli Manda, jibda jsejjaħli Julia, Jules jew b’mitt elf isem ieħor.


L-Awtur | The Author

Lon Kirkop

Lon Kirkop huwa artist u printmaker Malti, imma l-forma t’arti favorita tiegħu hi l-kitba. Huwa wkoll involut fit-teatru u jaħtaf kull opportunità li jidderiġi d-drammi tiegħu stess. Meta ma jkunx qed joħloq xi biċċa arti jew jikteb, lil Lon issibu jaqra, jara l-videos fuq YouTube u jiddiskuti l-ideat tiegħu miegħu nnifsu fuq tazza jew tnejn inbid aħmar.

Ir-rumanz debutt tiegħu Mitt Elf Isem Ieħor: HappyVeganGirlJules hu ir-rebbieħ tal-Konkors ta’ Kitba — Letteratura għaż-Żgħażagħ 2020 organizzat minn Aġenzija Żgħażagħ u Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb

Lon Kirkop is a Maltese artist and a printmaker but he loves writing more than anything. He is also involved in theatre and jumps at the opportunity to direct his own plays. When he is not creating art or writing, Lon spends his time reading, watching YouTube videos, and discussing his ideas with himself over a glass or two of red wine.

His debut novel Mitt ELf Isem Ieħor: HappyVeganGirlJules is the Winner of the Novels for Youth Literary Contest 2020 organised by National Youth Agency and National Book Council