Fil-Ħajja li Jmiss

Fil-Ħajja li Jmiss

Dramm tat-Triq | Street Play


Kitba u Direzzjoni | Written and Directed by: Lon Kirkop

Mara: Sarah Camilleri

Raġel: Clint Chircop

Produzzjoni ta’ | Produced by: Tijatron


Fil-Ħajja Li Jmiss hi storja realistika b’tema straordinarja. Id-dramm jirrakkonta l-istorja tar-realzzjoni mfarrka taż-żewġ karattri mill-perspettiva tagħhom it-tnejn. Għall-ewwel il-koppja tidher bħala koppja tipika, iżda s-sigrieti tagħhom kontinwament jitfaċċaw bejniethom biex ikissru dak il-ftit li fadal. Iż-żewġ naħat jafu li dawn l-istess sigrieti huma l-konsegwanza tal-problemi fir-relazzjoni, iżja jafu wkoll li huma l-unika ħaġa li żżommhom flimkien.

Fil-Ħajja Li Jmiss is a realistic story with an extraordinary theme. The play narrates the failed relationship of the two main characters from their own perspective. At first sight, they look like a typical couple but their past secrets are constantly resurfacing and affecting their current relationship. They both know that the real problem in their love story is their secrets, but they also know that the same secrets are what are keeping them together.


L-Awtur | The Author

Lon Kirkop

Lon Kirkop huwa artist u printmaker Malti, imma l-forma t’arti favorita tiegħu hi l-kitba. Huwa wkoll involut fit-teatru u jaħtaf kull opportunità li jidderiġi d-drammi tiegħu stess. Meta ma jkunx qed joħloq xi biċċa arti jew jikteb, lil Lon issibu jaqra, jara l-videos fuq YouTube u jiddiskuti l-ideat tiegħu miegħu nnifsu fuq tazza jew tnejn inbid aħmar.

Ir-rumanz debutt tiegħu Mitt Elf Isem Ieħor: HappyVeganGirlJules hu ir-rebbieħ tal-Konkors ta’ Kitba — Letteratura għaż-Żgħażagħ 2020 organizzat minn Aġenzija Żgħażagħ u Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb

Lon Kirkop is a Maltese artist and a printmaker but he loves writing more than anything. He is also involved in theatre and jumps at the opportunity to direct his own plays. When he is not creating art or writing, Lon spends his time reading, watching YouTube videos, and discussing his ideas with himself over a glass or two of red wine.

His debut novel Mitt ELf Isem Ieħor: HappyVeganGirlJules is the Winner of the Novels for Youth Literary Contest 2020 organised by National Youth Agency and National Book Council